[go: up one dir, main page]

Id-drittijiet tiegħek meta tixtri

Ir-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur jiżguraw li meta int tixtri oġġetti u servizzi fl-UE jkollok informazzjoni ċara dwar il-prodott jew is-servizz li qed tixtri, il-prezz tiegħu, l-ispejjeż tat-trasport u tal-konsenja kif ukoll id-drittijiet tiegħek jekk l-affarijiet imorru ħażin.

Trasparenza online. Bħala konsumatur għandek id-dritt li tkun taf l-istatus ta’ kwalunkwe bejjiegħ online. Il-postijiet tas-suq online jridu jindikaw jekk bejjiegħ huwiex negozjant (kumpanija rreġistrata jew imprenditur individwali) jew individwu privat. Din id-distinzjoni hija importanti għaliex int protett mil-leġiżlazzjoni tal-konsumatur tal-UE biss jekk tixtri mingħand negozjant. Il-post tas-suq għandu jwissik dwar dan meta tagħżel offerta minn individwu privat.

Ipprova l-għodda li hija faċli biex tużaha biex tgħinek tifhem id-drittijiet tiegħek meta tixtri fl-UE.

Xtrajt l-oġġetti tiegħek fl-UE?

Ir-regoli tal-UE dwar il-konsumatur ikopru l-oġġetti u s-servizzi li jkunu nxtraw fl-UE. Madankollu, jekk tixtri minn negozjant online li mhuwiex fl-UE u li jkun immirat speċifikament lejn il-konsumaturi tal-UE, għandek tkun kopert ukoll mir-regoli tal-UE, iżda tista’ ssibha diffiċli li tasserixxi d-drittijiet tiegħek ma’ negozjant li jkun ibbażat barra l-UE.

Sir af aktar dwar il-garanziji u r-ritorni

Għandek bżonn aktar għajnuna?

Xtrajt xi oġġetti ġodda jew użati?

Meta tixtri oġġetti ġodda mingħand negozjant, int kopert bir-regoli tal-UE dwar il-konsumatur, li jipprovdu garanzija minima legali ta’ sentejn jekk ikunu difettużi.

Minn fejn xtrajt l-oġġetti tiegħek?

Oġġetti użati li tixtri mingħand negozjant huma koperti wkoll bir-regoli tal-UE dwar il-konsumatur bħal pereżempju l-garanzija minima legali ta’ sentejn jekk ikunu difettużi u perjodu ta’ rtirar ta’ 14-il jum. F’xi pajjiżi tal-UE, il-bejjiegħ u x-xerrej jistgħu jiftiehmu fuq perjodu ta’ garanzija inqas minn sentejn, iżda dan ma jistax ikun inqas minn sena. Dan għandu jkun ċar meta tagħmel ix-xirja tiegħek.

Minn fejn xtrajt l-oġġetti tiegħek?

Oġġetti użati li tixtri mingħand individwi privati mhumiex koperti bir-regoli tal-UE dwar il-konsumatur. Madankollu, jekk bejjiegħ individwali f’sit tal-irkant ikun qed jopera bħala negozju, pereżempju, ikun qed jaqla’ l-għajxien tiegħu billi jirrikundizzjona u jbiegħ mobiles użati, allura jitqies li huwa negozjant professjonali, u l-oġġetti użati tiegħek huma koperti bir-regoli tal-UE.

Sir af aktar dwar il-garanziji u r-ritorni

Għandek bżonn ta’ aktar għajnuna?

Meta rċevejt l-oġġetti tiegħek?

X’mar ħażin?

X’mar ħażin?

X’mar ħażin?

M’hemm l-ebda regola tal-UE dwar ir-ritorn tal-oġġetti li xtrajt f’ħanut għas-sempliċi raġuni għax biddilt fehmtek.

Madankollu, ħafna ħwienet jippermettu lill-konsumaturi li jirritornaw jew ibiddlu l-oġġetti matul ċertu perjodu ta’ żmien, diment li jkollok l-irċevuta. Għal aktar informazzjoni, iċċekkja l-irċevuta tiegħek jew it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ħanut minn fejn tkun xtrajt l-oġġett.

Aqra aktar dwar id-drittijiet tiegħek dwar ix-xiri

Għandek bżonn ta’ aktar għajnuna?

Int għandek id-dritt li tikkanċella jew li tirritorna l-ordni fi żmien 14-il jum, għal kwalunkwe raġuni u mingħajr ġustifikazzjoni. Dan il-perjodu ta’ rtirar jiskadi 14-il jum wara l-ġurnata li fiha tirċievi l-oġġetti (jew wara li tkun ikkonkludejt kuntratt għas-servizzi).

Madankollu, il-perjodu ta’ rtirar ta’ 14-il jum ma japplikax għax-xiri kollu. Ċerti eżenzjonijiet huma:

  • biljetti tal-ajru u tal-ferrovija, kif ukoll biljetti tal-kunċerti, prenotazzjonijiet ta’ akkomodazzjoni, riżervazzjonijiet ta’ kiri tal-karozzi u servizzi ta’ forniment tal-ikel għal dati speċifiċi
  • oġġetti u xorb li jitwasslulek b’kunsenja regolari – pereżempju xirja mingħand tal-ħaxix ikkonsenjata mis-supermarket lokali tiegħek.
  • oġġetti magħmulin apposta jew personalizzati b’mod ċar – bħal libsa magħmula minn ħajjat
  • software audio, tal-video jew tal-kompjuter issiġillat, bħal DVDs, li tkun ftaħt (neħħejtilhom is-siġill) meta tkun irċevejthom
  • kontenut diġitali online, jekk tkun diġà bdejt tiddawnlowdjah jew tagħmel streaming u qbilt li titlef id-dritt ta’ rtirar tiegħek jekk tibda tużah
  • oġġetti li tkun xtrajt mingħand individwu privat u mhux mingħand kumpanija
  • kuntratti ta’ tiswijiet u manutenzjoni urġenti – jekk iċċempel lil plamer biex isewwielek shower li tkun qed tqattar, ma tistax tikkanċella x-xogħol jekk tkun qbilt fuq il-prezz tas-servizz.

Jekk jogħġbok innota li din il-lista mhijiex waħda eżawrjenti.

Sir af aktar dwar kif tikkanċella x-xiri tiegħek fi żmien 14-il jum u tikseb rimborż

Għandek bżonn ta’ aktar għajnuna?

Jekk xi oġġetti li xtrajt minn x’imkien fl-UE jinzertaw difettużi jew ma jidhrux jew ma jaħdmux kif irreklamati, il-bejjiegħ ikollu jsewwihom jew jibdilhom bla ħlas, jew inaqqaslek fil-prezz jew jagħtik rimborż sħiħ. Normalment int se tkun tista’ titlob għal rimborż parzjali jew sħiħ biss meta ma jkunx possibbli jew konvenjenti li l-oġġetti jissewwew jew jinbidlu.

Skont ir-regoli tal-UE dwar il-konsumatur, int dejjem għandek dritt għal garanzija minima ta’ sentejn mingħajr ħlas, irrispettivament minn jekk xtrajtx l-oġġetti f’ħanut, online, jew b’bejgħ b’distanza, bħal pereżempju minn katalgu jew bit-telefown. Din il-garanzija ta’ sentejn hija dritt minimu tiegħek, madankollu r-regoli nazzjonali f’pajjiżek jistgħu jagħtuk protezzjoni speċjali.

Aqra aktar dwar il-garanziji u r-ritorni f’pajjiżek

Twissija

Jista’ jkun li ma tkunx intitolat għar-rimborż jekk il-problema tkun żgħira, bħal xi girfa fuq il-kaxxa ta’ CD.

Kwalunkwe tiswija jew sostituzzjoni għandha titlesta fi żmien raġonevoli u mingħajr inkonvenjent sinifikanti għalik.

Garanziji addizzjonali (garanzija kummerċjali)

Il-ħwienet jew il-produtturi ħafna drabi joffrulek garanzija kummerċjali addizzjonali (dik li tissejjaħ ukoll “warranty”), jew billi jinkluduha fil-prezz tal-prodott jew għal prezz addizzjonali. Din tista’ tagħtik protezzjoni aħjar iżda qatt ma tista’ tieħu post jew tnaqqas il-garanzija minima ta’ sentejn, li dejjem se jkollok taħt ir-regoli tal-UE.

Bl-istess mod, jekk ħanut ibigħlek prodott ġdid irħas u jiddikjara li m’għandekx garanzija, dan ifisser biss li m’għandekx protezzjoni addizzjonali. Xorta għandek id-dritt għal sentejn garanzija bla ħlas biex tfittex rimedju jekk il-prodott jinzerta difettuż jew mhux kif irreklamat.

Meta nkisru l-oġġetti tiegħek?

Jekk l-oġġetti tiegħek jinkisru fl-ewwel sena, wieħed jassumi li l-problema kienet teżisti meta rċevejt l-oġġetti, sakemm in-negozjant ma jkunx jista’ jipprova mod ieħor. Għalhekk, għandek id-dritt li jkollok l-oġġetti msewwija jew mibdulin bla ħlas, jew jekk dan jirriżulta li jkun diffiċli jew għali wisq, tista’ tiġi offrut tnaqqis fil-prezz (fuq ix-xirja oriġinali tiegħek) jew tingħata flusek lura.

F’xi pajjiżi, jista’ jkun li jkollok id-dritt li tagħżel b’mod liberu bejn dawn l-għażliet differenti. In-negozjant dejjem irid jipprovdi soluzzjoni. F’xi pajjiżi tal-UE għandek ukoll id-dritt li titlob soluzzjoni mill-manifattur.

Aqra aktar dwar il-garanziji u r-ritorni f’pajjiżek

Għandek bżonn ta’ aktar għajnuna?

Xorta għandek id-dritt li l-oġġetti jissewwew jew jinbidlu bla ħlas, jew, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal tnaqqis fil-prezz (jew fuq ix-xirja oriġinali tiegħek) jew tingħata flusek lura. Madankollu, għandu mnejn ikollok bżonn tagħti prova li l-problema kienet hemm diġà meta rċevejt l-oġġetti - pereżempju, billi turi li dan seħħ kawża tal-kwalità fqira tal-materjali użati.

Imbagħad in-negozjant għandu jipprovdi soluzzjoni. F’xi pajjiżi tal-UE għandek ukoll id-dritt titlob soluzzjoni mill-manifattur.

Aqra aktar dwar il-garanziji u r-ritorni f’pajjiżek

Għandek bżonn ta’ aktar għajnuna?

M’hemm l-ebda protezzjoni legali għalik skont il-liġi tal-UE. Madankollu, ta’ min tikkuntattja lill-bejjiegħ jew lill-manifattur, peress li jista’ jkun li xorta waħda jkun jixtieq jgħinek.

F’xi pajjiżi tal-UE, jista’ jkollok drittijiet addizzjonali, bħal pereżempju garanzija legali itwal, skont il-liġi nazzjonali.

Aqra aktar dwar il-garanziji u r-ritorni f’pajjiżek

Għandek bżonn ta’ aktar għajnuna?

L-oġġetti li tirċievi għandhom jaqblu ma’ dak li kien irreklamat jew maqbul u ma’ dak li kont qed taħseb li qed tixtri. Jekk l-oġġetti tiegħek mhumiex dawk li inti ordnajt – pereżempju, il-kulur ħażin, id-daqs mhuwiex tajjeb, jew il-funzjonalitajiet huma neqsin - inti intitolat bla ħlas għal tiswija, bdil jew, fejn dan mhuwiex possibbli, għal tnaqqis fil-prezz (fix-xirja oriġinali tiegħek) jew għal rimborż.

Xi kultant ma jkunx ċar mill-ewwel li l-oġġetti tiegħek mhumiex dawk li tkun ordnajt. Pereżempju, jekk tixtri laptop ġdid online u tinduna ftit xhur wara biss li l-kapaċità tal-memorja ma taqbilx ma’ dik li tkun ordnajt. F’dawn il-każijiet, inti xorta intitolat li titlob li l-oġġetti jridu jissewwew jew jinbidlu biex l-oġġetti jinġiebu f’konformità ma’ dawk li int tkun ordnajt, jew, meta la waħda u lanqas l-oħra ma jkunu possibbli, tnaqqis fil-prezz jew għal rimborż.

Dawn is-soluzzjonijiet huma d-dritt minimu tiegħek, madankollu r-regoli nazzjonali f’pajjiżek jistgħu jagħtuk protezzjoni speċjali.

Aqra aktar dwar il-garanziji u r-ritorni f’pajjiżek

Għandek bżonn ta’ aktar għajnuna?

L-oġġetti li tirċievi għandhom jaqblu ma’ dak li kien irreklamat jew maqbul u ma’ dak li kont qed taħseb li qed tixtri. Jekk l-oġġetti tiegħek mhumiex dawk li inti ordnajt – pereżempju, il-kulur ħażin, id-daqs mhuwiex tajjeb, jew il-funzjonalitajiet huma neqsin - inti intitolat bla ħlas għal tiswija, bdil jew, fejn dan mhuwiex possibbli, għal tnaqqis fil-prezz (fix-xirja oriġinali tiegħek) jew għal rimborż.

Meta tixtri oġġetti barra mill-ħin regolari tal-ħwienet (pereżempju, online jew minn fuq katalgu), int dejjem tista’ tirritornahom skont ir-regoli tal-perjodu ta’ rtirar ta’ 14-il jum sempliċiment għax bdilt fehmtek. Dan ifisser li tkun intitolat għal rimborż sħiħ. Madankollu, jista’ jkollok bżonn tħallas għall-ispiża biex tirritorna x-xirja tiegħek.

Sir af aktar dwar il-kanċellazzjoni u r-ritorn ta’ ordni

Xi kultant ma jkunx ċar mill-ewwel li l-oġġetti tiegħek mhumiex dawk li tkun ordnajt. Pereżempju, jekk tixtri laptop ġdid online u tinduna ftit xhur wara biss li l-kapaċità tal-memorja ma taqbilx ma’ dik li tkun ordnajt. F’dawn il-każijiet, inti xorta intitolat li titlob li l-oġġetti jridu jissewwew jew jinbidlu biex l-oġġetti jinġiebu f’konformità ma’ dawk li inti tkun ordnajt, jew, meta la waħda u lanqas l-oħra ma jkunu possibbli, tnaqqis fil-prezz jew għal rimborż.

Dawn is-soluzzjonijiet huma d-dritt minimu tiegħek, madankollu r-regoli nazzjonali f’pajjiżek jistgħu jagħtuk protezzjoni speċjali.

Aqra aktar dwar il-garanziji u r-ritorni f’pajjiżek

Għandek bżonn ta’ aktar għajnuna?

Jekk ma tiġborx ix-xiri tiegħek mill-ħanut mill-ewwel jew jekk ordnajt xi ħaġa biex jikkonsenjawhielek id-dar, in-negozjant għandu jwassalhielek sa 30 jum – sakemm ma taqbilx speċifikament dwar ħin ta’ konsenja differenti.

Jekk ma tirċevix l-oġġetti tiegħek fi żmien 30 jum, jew fiż-żmien miftiehem, trid tfakkar lin-negozjant u tagħtih limitu ta’ żmien addizzjonali raġonevoli għall-konsenja.

Jekk il-konsenja min-negozjant tibqa’ ma ssirx fil-limitu ta’ żmien estiż, inti intitolat li ttemm il-kuntratt tiegħek u li tiġi rimborżat malajr kemm jista’ jkun. Ma għandekx għalfejn tagħti aktar żmien lin-negozjant jekk dan jirrifjuta li jikkonsenja jew meta ż-żmien maqbul tal-konsenja huwa essenzjali, pereżempju, jekk teħtieġ l-oġġetti għal avveniment speċifiku, bħal libsa għal tieġ.

Aqra aktar dwar it-trasportazzjoni u l-konsenja

Għandek bżonn ta’ aktar għajnuna?

Jekk ma tiġborx ix-xirja tiegħek mill-ewwel jew jekk ordnajtha biex titwassallek id-dar, in-negozjant għandu jwassalhielek fi żmien 30 jum – sakemm inti ma taqbilx speċifikament dwar żmien ta’ konsenja differenti.

Jekk ma tirċevix l-oġġetti fi żmien 30 jum, jew fiż-żmien miftiehem, trid tfakkar lin-negozjant u tagħtih limitu ta’ żmien addizzjonali raġonevoli għall-konsenja.

Jekk il-konsenja min-negozjant tibqa’ ma ssirx fil-limitu ta’ żmien estiż inti intitolat li ttemm il-kuntratt tiegħek u li tiġi rimborżat malajr kemm jista’ jkun. Ma għandekx għalfejn tagħti aktar żmien lin-negozjant jekk dan jirrifjuta li jikkonsenja jew meta ż-żmien maqbul tal-konsenja huwa essenzjali, pereżempju, jekk teħtieġ l-oġġetti għal avveniment speċifiku, bħal libsa għal tieġ.

Aqra aktar dwar it-trasportazzjoni u l-konsenja

Għandek bżonn ta’ aktar għajnuna?

In-negozjant huwa responsabbli għal kwalunkwe ħsara għall-oġġetti tiegħek minn meta jintbagħtu sakemm tirċevihom.

Għalhekk, jekk meta tirċievi ordni li tkun għamilt f’ħanut, tiskopri li l-oġġetti tiegħek waslu difettużi jew ma jaħdmux kif suppost, inti intitolat li titlob li dawn jissewwew, jinbidlu, jew, meta la waħda u lanqas l-oħra ma jkunu possibbli, tista’ titlob għal tnaqqis fil-prezz (fuq ix-xirja oriġinali tiegħek) jew għal rimborż.

Ftakar li int dejjem għandek garanzija minima ta’ sentejn mingħajr ħlas. Din il-garanzija ta’ sentejn hija dritt minimu tiegħek. Madankollu, ir-regoli nazzjonali f’pajjiżek jistgħu jagħtuk protezzjoni speċjali.

Sir af aktar dwar il-garanziji u r-ritorni f’pajjiżek

Għandek bżonn ta’ aktar għajnuna?

In-negozjant huwa responsabbli għal kwalunkwe ħsara għall-oġġetti tiegħek minn meta jintbagħtu sakemm tirċevihom.

ħalhekk, jekk meta tirċievi ordni li tkun għamilt f’ħanut, tiskopri li l-oġġetti tiegħek waslu difettużi jew ma jaħdmux kif suppost, inti intitolat li titlob li dawn jissewwew, jinbidlu, jew, meta la waħda u lanqas l-oħra ma jkunu possibbli, tista’ titlob għal tnaqqis fil-prezz (fuq ix-xirja oriġinali tiegħek) jew għal rimborż.

Ftakar li int dejjem għandek garanzija minima ta’ sentejn mingħajr ħlas. Din il-garanzija ta’ sentejn hija dritt minimu tiegħek. Madankollu, ir-regoli nazzjonali f’pajjiżek jistgħu jagħtuk protezzjoni speċjali.

Sir af aktar dwar il-garanziji u r-ritorni f’pajjiżek

Għandek bżonn ta’ aktar għajnuna?

Meta jkollok problemi b’xi ħaġa li tkun xtrajt, int għandek l-ewwel tikkuntattja lin-negozjant li biegħlek l-oġġetti jew is-servizz. Jekk ikollok problemi biex titlob id-drittijiet tiegħek man-negozjant, tista’ tikkuntattja lill-assoċjazzjoni tal-konsumatur tiegħek jew lil wieħed mis-servizzi ta’ assistenza disponibbli:

  • In-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECCnet) - network ta’ ċentri Ewropej għall-konsumatur fl-UE kollha.
  • Pariri ta’ Your Europe - servizz ta’ pariri legali bla ħlas li jista’ jagħti parir dwar id-drittijiet tiegħek bħala konsumatur.

Hemm ukoll għodod tal-UE għas-soluzzjoni tat-tilwim li jistgħu jgħinuk issolvi l-problemi tiegħek ma’ negozjant, anke jekk in-negozjant ikun jinsab f’pajjiż differenti tal-UE.

Sir af aktar dwar is-soluzzjoni għat-tilwim tal-konsumaturi

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 01/06/2023
Ikkondividi din il-paġna