[go: up one dir, main page]

Mur għall-kontenut ewlieni

Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi - ECC-Net

Għajnuna u pariri għall-konsumaturi fl-Ewropa

Kif jaħdem l-ECC Net

L-ECC Net hu network ta’ uffiċċji mmaniġġjati b’mod indipendenti kofinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea. Jekk tgħix fl-UE, l-Iżlanda jew in-Norveġja, l-ECC f’pajjiżek jista’

  • jispjegalek drittijietek bħala konsumatur
  • jgħinek issolvi tilwima ma’ bejjiegħ ibbażat f’pajjiż ieħor tal-UE (jew l-Iżlanda jew in-Norveġja)
  • jgħidlek lil min għandek tikkuntattja jekk ma jistax jgħinek

Minbarra li jassisti lill-konsumaturi, l-ECC Net hu sieħeb espert u fdat mal-partijiet ikkonċernati u ma’ dawk li jfasslu l-politika li jfittxu li jippromwovu d-drittijiet tal-konsumatur. Hu għandu rwol importanti biex iwissi lill-awtoritajiet tal-infurzar dwar kummerċjanti li jiksru l-liġi tal-konsumatur.

Wieħed mill-valuri tan-network hu r-reazzjoni rapida tiegħu għal kwistjonijiet emerġenti, bħall-assistenza pprovduta lill-konsumaturi matul il-pandemija tal-COVID-19.

ECC Net u COVID-19.

Biex issir taf aktar dwar l-ECC Net, żur is-sit web tan-network. 

Ħarsa ġenerali lejn il-każijiet

Fl-2021, l-ECC Net għen aktar minn 126,000 konsumatur. Dawn il-konsumaturi rċevew informazzjoni u pariri mfasslin apposta dwar il-kwistjoni tal-konsumatur tagħhom. F’aktar minn 20,000 każ, l-ECCs ikkuntattjaw ukoll lin-negozjanti biex jgħinu fis-soluzzjoni ta’ tilwima. F’64% ta’ dawn il-każijiet, it-tilwima ssolviet b’mod amikevoli.

Ikkuntattja l-ECC Net

Trid tikkuntattja lill-ECC Net fil-pajjiż fejn tgħix.

 

L-ECC Net jikkoopera wkoll maċ-Ċentru Internazzjonali tal-Konsumatur fir-Renju Unit.

Pubblikazzjonijiet

L-ECC Net jippubblika wkoll gwida u pariri dwar problemi komuni tal-konsumatur, li tista’ ssib fil-links li ġejjin

Dokumenti

 

18 APRIL 2023
ECC Net Data Sheet 2022
18 APRIL 2023
ECC Net data sheet 2021
10 JANNAR 2023
ECC Net Vademecum
18 APRIL 2023
ECC Net Report 2022
1 NOVEMBRU 2020
ECC Net Anniversary Report- 15 years of ECC Net
10 OTTUBRU 2017
10 years of the ECC - anniversary report
10 OTTUBRU 2017
ECC-Net brochure - travel tips