[go: up one dir, main page]

Elezzjonijiet Ewropej

Bħala ċittadin tal-UE, int għandek id-dritt li tivvota u toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet Ewropej.

L-elezzjonijiet Ewropej li jmiss se jsiru mis-6 sad-9 ta’ Ġunju 2024. Kull pajjiż tal-UE jiddeċiedi d-data jew id-dati matul dak il-perjodu meta se ssir il-votazzjoni. Għandhom ukoll l-iskadenzi tagħhom biex jirreġistraw bħala votanti.

Twissija

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: L-iskadenzi ta’ hawn taħt japplikaw biss għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu f’pajjiż ieħor tal-UE. Jekk jogħġbok innota li jistgħu japplikaw kundizzjonijiet speċjali (eż. għal votazzjoni bil-posta, reġistrazzjoni online, użu ta’ prokura, votazzjoni f’konsulat eċċ.) Ikklikkja l-isem tal-pajjiż biex tara informazzjoni aktar dettaljata. Meta ma jkun hemm ebda skadenza disponibbli, l-awtoritajiet ikunu għadhom ma ħabbrux data.
Jien ngħix ... u nixtieq nivvota għal kandidati minn dak il-pajjiż Jien minn ... u ngħix barra l-pajjiż, u nixtieq nivvota għal kandidati minn pajjiżi Data tal-elezzjoni
L-Awstrija de en 26 ta' Marzu 26 ta' Marzu 9 ta' Ġunju
Il-Belġju de en fr nl 31 ta' Marzu 29 ta’ Frar 9 ta' Ġunju
Il-Bulgarija bg en 40 jum qabel 25 jum qabel
Ċipru el en 2 ta’ April 2 ta’ April 9 ta' Ġunju
Iċ-Ċekja cs en 40 jum qabel Ma tistax tivvota minn barra l-pajjiż 7 ta' Ġunju
Il-Ġermanja de en Awtomatikament 21 jum qabel 9 ta' Ġunju
Id-Danimarka da en 5 ġimgħat qabel 15-il jum qabel 9 ta' Ġunju
L-Estonja en et 10 ta’ Mejju Awtomatikament 9 ta' Ġunju
Il-Greċja el en 29 ta’ April 9 ta' Ġunju
Spanja en es 30 ta' Jannar 25 jum qabel 9 ta' Ġunju
Il-Finlandja en fi sv 21 ta' Marzu Awtomatikament 9 ta' Ġunju
Franza en fr 3 ta’ Mejju 3 ta’ Mejju 9 ta' Ġunju
Il-Kroazja en hr 30 jum qabel 10 jum qabel 9 ta' Ġunju
L-Ungerija en hu 24 ta’ Mejju 31 ta’ Mejju 9 ta' Ġunju
L-Irlanda en ga 15 jum qabel Ma tistax tivvota minn barra l-pajjiż 7 ta' Ġunju
L-Italja en it 90 jum qabel Awtomatikament 8-9 ta’ Ġunju
Il-Litwanja en lt 10 ta’ April 9 ta' Ġunju
Il-Lussemburgu de en fr 55 jum qabel 40 jum qabel 9 ta' Ġunju
Il-Latvja en lv 30 jum qabel Awtomatikament 8 ta' Ġunju
Malta en 20 ta’ April Ma tistax tivvota minn barra l-pajjiż 8 ta' Ġunju
In-Netherlands en nl 23 ta’ April 25 ta’ April 6 ta' Ġunju
Il-Polonja en 3 jum qabel 3 jum qabel
Il-Portugall en 60 jum qabel
Ir-Rumanija en ro 3 jum qabel 3 jum qabel 9 ta' Ġunju
L-Iżvezja en sv 30 jum qabel 9 ta' Ġunju
Is-Slovenja en sl 15 jum qabel 9 ta' Ġunju
Is-Slovakkja en sk 40 jum qabel Ma tistax tivvota minn barra l-pajjiż 8 ta' Ġunju

Għal informazzjoni aktar preċiża, ikkonsulta l-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiż rilevanti.

  • Ċipruen
  • Franzafr
  • Iċ-Ċekjaen
  • Id-Danimarkaen
  • Il-Belġjuen
  • Il-Bulgarijaen
  • Il-Finlandjaensv
  • Il-Ġermanjadeen
  • Il-Greċjaen
  • Il-Kroazjaen
  • Il-Latvjaen
  • Il-Litwanjaen
  • Il-Lussemburguen
  • Il-Polonjaen
  • Il-Portugallen
  • In-Netherlandsen
  • Ir-Rumanijaen
  • Is-Slovakkjaen
  • Is-Slovenjaen
  • L-Awstrijaen
  • L-Estonjaen
  • L-Irlandaen
  • L-Italjaen
  • L-Iżvezjaenfi
  • L-Ungerijaen
  • Maltaen
  • Spanjaen

Id-dritt tiegħek li tivvota

Jekk tgħix fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek, tista’ tivvota biss għall-kandidati tal-UE li ħarġu għall-elezzjoni f’pajjiżek stess. Jekk inti rreġistrat u tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE, inti tista’:

  • tivvota għall-kandidati li joħorġu fil-pajjiż ta' oriġini jew
  • tivvota għall-kandidati li joħorġu fil-pajjiż ospitanti tiegħek.

Twissija

Tista’ tivvota darba biss fl-elezzjonijiet Ewropej.

Kundizzjonijiet tal-votazzjoni fil-pajjiż ospitanti tiegħek

Jista’ jkollok bżonn tirreġistra biex tivvota mal-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiż ospitanti tiegħek sabiex tivvota fl-elezzjonijiet Ewropej. F’xi pajjiżi tal-UE, tiżdied awtomatikament fir-reġistru elettorali ladarba tirreġistra r-residenza tiegħek. Madankollu, jekk dan ma jkunx il-każ, u trid tirreġistra, iċċekkja l-iskadenzi tar-reġistrazzjoni fil-pajjiż ospitanti minn qabel sew peress li dawn ivarjaw minn pajjiż għal ieħor.

Meta tivvota għal kandidat li joħroġ għall-elezzjoni f’pajjiżek

Pajjiżi differenti tal-UE jipprovdu alternattivi differenti għall-votanti li jgħixu barra mill-pajjiż. Skont il-pajjiż ta' oriġini tiegħek, inti tkun jew

  • għadek irreġistrat biex tivvota fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek
  • irreġistrat f’reġistru speċjali għar-residenti barra mill-pajjiż, jew
  • imneħħi minn fuq ir-reġistru elettorali wara li tkun ilek tgħix barra għal ċertu perjodu ta’ żmien.

Jekk tgħix barra pajjiżek, u tixtieq tivvota għal kandidat f’pajjiżek, tista’ tiċċekkja l-kundizzjonijiet kollha fil-konsulat jew l-ambaxxata lokali tiegħek. Ara lista tal-konsulati u l-ambaxxati.

Twissija

Jekk ma tibqax tgħix f’pajjiżek, jaf ma tkunx tista’ tivvota fl-elezzjonijiet tal-UE ta’ dak il-pajjiż. Iċċekkja r-regoli nazzjonali.

Meta tivvota għal kandidat li joħroġ għall-elezzjoni fil-pajjiż ospitanti tiegħek

Bħala ċittadin tal-UE, inti tista’ tivvota taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn tgħix. Jekk iċ-ċittadini huma meħtieġa li jkunu ilhom jgħixu fil-pajjiż għal ċertu tul ta’ żmien biex ikunu jistgħu jivvutaw, l-istess kundizzjonijiet se japplikaw għalik. Jista’ jkollok bżonn tipprovdi dokument li jagħti prova tan-nuqqas ta’ rekord kriminali.

Madankollu, il-perjodi li tkun għext f'pajjiżi oħrajn tal-UE - ħlief dawk fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek - għandhom jitqiesu sabiex tissodisfa dan ir-rekwiżit.

Votazzjoni obbligatorja

Jekk il-votazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej hi obbligatorja fil-pajjiż li qed jospitak u, wara r-reġistrazzjoni tiegħek, tkun tniżżilt fir-reġistru elettorali ta' dak il-pajjiż, int obbligat tivvota – bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż. Iċċekkja r-regoli nazzjonali tal-pajjiż li fih tixtieq tivvota.

Meta tivvota barra mill-UE

Jekk tgħix barra l-UE, normalment tista’ tivvota fl-elezzjonijiet tal-UE fl-ambaxxata jew il-konsulat tal-pajjiż ta' oriġini tiegħek. Madankollu, xi pajjiżi ma jippermettulekx tivvota minn barra pajjiżek.

Id-dritt tiegħek li toħroġ bħala kandidat

Meta toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet Ewropej, tintalab tagħmel dikjarazzjoni li m'intix skwalifikat milli toħroġ bħala kandidat, u li m'intix ħiereġ ukoll f'pajjiż tal-UE ieħor. Jista’ jkollok bżonn tipprovdi dokument li jagħti prova tan-nuqqas ta’ rekord kriminali. Jekk tagħżel li tivvota jew li toħroġ bħala kandidat fil-pajjiż fejn tgħix, ma tistax tagħmel l-istess fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħek.

Twissija

Tista’ toħroġ biss bħala kandidat f’pajjiż wieħed fl-elezzjonijiet tal-UE.

Kundizzjonijiet biex toħroġ bħala kandidat

Bħala ċittadin tal-UE, tista' toħroġ bħala kandidat taħt l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn tgħix. Jekk iċ-ċittadini huma meħtieġa li jkunu ilhom jgħixu fil-pajjiż għal ċertu perjodu ta’ żmien biex ikunu jistgħu joħorġu bħala kandidati, l-istess kundizzjonijiet se japplikaw għalik.

Madankollu, il-perjodi li tkun għext f'pajjiżi oħrajn tal-UE - ħlief dawk fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek - għandhom jitqiesu sabiex tissodisfa dan ir-rekwiżit. Għal informazzjoni aktar preċiża, ikkonsulta l-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiż rilevanti.

  • Ċipruen
  • Franzafr
  • iċ-Ċekjaen
  • id-Danimarkaen
  • il-Belġjuen
  • il-Bulgarijaen
  • il-Finlandjaensv
  • il-Ġermanjadeen
  • il-Greċjaen
  • il-Kroazjaen
  • il-Latvjaen
  • il-Litwanjaen
  • il-Lussemburguenfr
  • il-Pajjiżi l-Baxxien
  • il-Polonjaen
  • il-Portugallen
  • ir-Rumanijaen
  • is-Slovakkjaen
  • is-Slovenjaen
  • l-Awstrijaen
  • l-Estonjaen
  • l-Isvezjaen
  • l-Italjaen
  • l-Ungerijaen
  • Maltaen
  • Spanjaen

Fuq is-sit web tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tista’ ssib informazzjoni prattika dwar l-elezzjonijiet, kif ukoll dettalji dwar il-partiti politiċi u l-kandidati li joħorġu għall-elezzjoni għal kull pajjiż tal-UE.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 16/04/2024
Ikkondividi din il-paġna