Ħlasijiet tal-SME skont ir-Regolament dwar Prodotti Bijoċidali

Impriżi żgħar u ta' daqs medju stabbiliti fl-Unjoni Ewropea jistgħu jibbenefikaw minn piżijiet imnaqqsa skont ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali, skont id-daqs tagħhom u sakemm jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet. Sabiex jagħmlu dan, kumpaniji jeħtieġ li jippreżentaw l-eivdenza dokumentarja li tipprova l-intitolament tagħhom għal dan it-tnaqqis qabel l-applikazzjoni attwali. Il-kondizzjonijiet u l-istruzzjonijiet dwar kif għandha tkun ippreżentata d-dokumentazzjoni għall-verifika tal-SME huma deskritti f'aktar dettall hawn taħt.

Qabel ma titlob verifika ta' SME, tajjeb li tkun familjari mad-definizzjoni rilevanti tal-UE. Ir-Rakkmandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE hija l-unika bażi awtentika biex tiddetermina l-kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' impriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju.

Rikonoxximent ta' status ta' SME

Qabel ma applikazzjoni tiġi ppreżentata lill-Aġenzija għal approvazzjoni, tiġdid jew inklużjoni fl-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ta' sustanza attiva jew għal awtorizzazzjoni mill-Unjoni ta' prodott bijoċidali jew familja ta' prodotti bijoċidali, ippreżentati skont l-Artikoli 7(1), 13(1), 28(4), 43(1) jew 45(1) ta' dak ir-Regolament rispettivament, li jikkontjenu talba għal tnaqqis SME, l-applikant prospettiv għandu jippreżenta lill-Aġenzija l-elementi rilevanti li jippruvaw l-intitolament għal dan it-tnaqqis permezz tal-istatus ta' SME fis-sens tar-Rakkmandazzjoni 2003/361/KE.

Sustanzi u prodotti soġġetti għal piżijiet imnaqqsa

Għandu jiġi nnutat li l-kumpaniji jistgħu jibbenefikaw minn piżijiet imnaqqsa biss meta s-sustanza attiva ma tkunx kandidat għal sostituzzjoni u meta l-prodott ma jkunx jikkontjeni sustanza attiva li tkun kandidat għal sostituzzjoni.

Għaldaqstant, f'każ li l-applikazzjoni tkun tikkonċerna din is-sustanza jew dan il-prodott, il-kumpanija lanqas ma tista' titlob verifika ta' SME.

L-għażla tal-kumpanija korretta

Fil-każ ta' applikazzjoni għal approvazzjoni, tiġdid jew inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 528/2012, huwa d-daqs tal-kategorija tal-manifattur tas-sustanza attiva stabbilita fl-Unjoni li jiddetermina l-intitolament għal piżijiet imnaqqsa.

F'każ ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' prodott jew tiġdid ta' awtorizzazzjoni ta' prodott, huwa d-daqs tal-kategorijatad-detentur prospettiv tal-awtorizzazzjoni, stabbilit fl-Unjoni li jiddetermina l-intitolament għal piżijiet imnaqqsa.

Għaldaqstant, f'każ li l-entità li tippreżenta l-applikazzjoni tkun eż. konsulent, huwa importanti li jkun ivvalidat id-daqs tal-kumpanija tal-klijent.

Kif tiddetermina l-kategorija tad-daqs tal-kumpanija

Istruzzjonijiet pass pass dwar il-valutazzjoni tal-kategorija tad-daqs tal-kumpanija.

Sir af aktar

Evidenza dokumentarja
  1. Evidenza dokumentarja* li turi l-istruttura tas-sjieda tal-impriża inklużi l-impriżi msieħba diretti u indiretti kollha u dawk marbuta, upstream u downstream, b'konsiderazzjoni ta' kwalunkwe ishma, drittijiet ta' votazzjoni jew eżerċizzju ieħor ta' influwenza rilevanti biex jiddetermina konnessjonijiet/sħubiji fis-sens tal-Artikolu 3 tal-Anness mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

    *Bħala evidenza dokumentarja li turi l-azzjonisti ta' kumpanija, jista' jservi dan li ġej inklużi l-aħħar emendi fl-attribuzzjoni tal-ishma: l-Artikoli tal-assoċjazzjoni, Dokumenti ta' inkorporazzjoni, Memorandum ta' assoċjazzjoni, il-ktieb tal-azzjonisti tal-kumpanija, eċċ.

  2. Kopji tal-kontijiet finanzjali uffiċjali vverifikati flimkien man-noti tagħhom u r-rapporti annwali għall-aħħar żewġ perjodi fiskali approvati tal-kontabilità, flimkien ma' dawk ta' kwalunkwe sieħeb u/jew impriża konnessa skont l-Artikoli 3, 4 u 6 tal-Anness mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

  3. Ċertifikat/informazzjoni uffiċjali minn Awtorità Uffiċjali** li jikkonferma l-indiċi tal-persunal li jikkorrispondi għall-għadd ta' unitajiet tax-xogħol fis-sena (AWU), skont l-Artikolu 5 tal-Anness mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għal kull wieħed mill-aħħar żewġ perjodi ta' kontabilità. Jekk din l-informazzjoni tkun inkluża fir-rapporti annwali jew fin-noti mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati, inti mintix meħtieġ tippreżenta dawn id-dokumenti.

    **Ċertifikat uffiċjali li jagħti informazzjoni dwar l-indiċi tal-persunal tal-kumpanija jista' wieħed jiksbu, iżda mhux biss minn, xi wħud mill-istituzzjonijiet nazzjonali/lokali li ġejjin: l-uffiċċju tat-taxxa, l-aġenzija tad-dħul, l-uffiċċju tal-assigurazzjoni, l-uffiċċju tax-xogħol, l-uffiċċju statistiku, l-istitut għall-assigurazzjoni tas-saħħa, kumpanija privata għall-assigurazzjoni tas-saħħa eċċ.

Kun żgur li tibgħat id-dokumenti speċifikati fil-punt 1, 2 u 3 fuq għall-impriżi msieħba kollha diretti u indiretti u dawk konnessi, upstream u downstream, b'konsiderazzjoni għal kwalunkwe ishma, drittijiet ta' votazzjoni jew eżerċizzju ieħor ta' influwenza rilevanti biex jiddetermina konnessjonijiet/sħubiji fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni.

Nota: F'każ li l-impriża u/jew kwalunkwe mill-impriżi msieħba u marbuta jkunu qegħdin iħejju kontijiet konsolidati jew huma inklużi permezz ta' konsolidazzjoni fil-kontijiet ta' impriża oħra, jekk jogħġbok ibgħat id-dikjarazzjonijiet konsolidati bin-noti marbuta magħhom.

Kif tippreżenta l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus SME u tipprovdi d-dokumentazzjoni ta' sostenn

L-ewwel nett, il-kumpaniji kollha jeħtieġ li jiżguraw li huma familjari mad-definizzjonijiet SME rilevanti u li d-dokumentazzjoni neċessarja elenkata fit-"Taqsima tad-Dokumentazzjoni ta' evidenza meħtieġa" ma tkunx biss disponibbli għall-kumpanija kkonċernata, iżda wkoll għal kull wieħed/ waħda mill-imsieħba u/jew impriżi konnessi wkoll.

L-applikazzjoni għall-istatus ta' SME tista' tiġi ppreżentata permezz tal-għodda tal-R4BP 3. Sabiex jipprovdi d-dokumenti, il-manifattur tas-sustanza attiva jew id-detentur prospettiv tal-awtorizzazzjoni huwa meħtieġ iwettaq sign-up fil-kontijiet ECHA u jipproċedi għall-għodda ta' preżentazzjoni R4BP. Taħt it-tab "NEW APPLICATION" (APPLIKAZZJONI ĠDIDA), agħżel "ippreżenta applikazzjoni" għal "SM-APP – SME Verification" (SM-APP – Verifika għall-SMEs) u l-wizard ta' preżentazzjoni jiggwidak matul il-proċess ta' preżentazzjoni.

Jekk jogħġbok iċċekkja l-kompiti u l-messaġġi tiegħek fl-R4BP 3 regolarment. Tista' tirċievi rikjesti għal aktar informazzjoni mill-awtorità bi skadenza permezz tal-R4BP 3. Ir-rikjesti ser jidhru taħt it-tab "TASKS" (KOMPITI) fl-R4BP 3. Jekk ma tilħaqx l-iskadenza, l-applikazzjoni tiegħek tista' tiġi rrifjutata jew il-valutazzjoni tista' ssir mingħajr ma tiġi meqjusa l-informazzjoni li tkun tajt tard, skont l-istadju tal-ipproċessar. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħek għar-rikonoxximent tal-istatus ta' SME ser tiġi kkomunikata permezz tal-R4BP 3.

Sign-up fl-R4BP

Limitazzjonijiet fid-daqs tal-evidenza dokumentarja

Għandek tkun taf li d-daqs ta' anness individwali ma jistax ikun aktar minn 10MB. Għaldaqstant, f'każ li jkollok annessi kbar ħafna jew aktar minn 6 annessi li għandhom jiġu ppreżentati, jekk jogħġbok oħloq arkivju żipp fejn inti tista' tinkludi l-fajls kollha u ttella' ż-żipp fajl bħala anness.

 

Komunikazzjoni u l-validità ta' status SME

Fi żmien 45 jum minn meta tirċievi l-elementi rilevanti kollha, l-Aġenzija għandha tiddeċiedi liema status SME, jekk ikun hemm, jista' jiġi rikonoxxut.

Rikonoxximent ta' impriża bħala SME għandu jkun validu għal applikazzjonijiet ippreżentati taħt ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 għal sentejn.

Jista' jsir appell, skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 kontra deċiżjoni meħuda mill-Aġenzija dwar l-istatus SME tal-kumpanija.

Tnaqqis fuq il-piżijiet

Tnaqqis fil-piżijiet għal applikazzjonijiet għall-approvazzjoni, it-tiġdid ta' approvazzjoni, l-inklużjoni fl-Anness I ta' sustanzi attivi jekk il-manifattur tas-sustanza attiva huwa SME stabbilit fl-Unjoni, ħlief meta s-sustanza attiva tkun kandidat għal sostituzzjoni.

Tip ta' impriża Tnaqqis (% tal-piż standard)
Impriża mikro

60

Impriża żgħira

40

Impriża medja

20


 

Tnaqqis fil-piżijiet għal applikazzjonijiet għall-għoti u t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għal prodotti bijoċidali jew familji ta' prodotti bijoċidali, jekk id-detentur prospettiv tal-awtorizzazzjoni jkun SME stabbilit fl-Unjoni, ħlief meta l-prodott ikun jikkontjeni sustanza attiva li tkun kandidata għal sostituzzjoni

Tip ta' impriża

Tnaqqis (% tal-piż standard)

Impriża mikro

30

Impriża żgħira

20

Impriża medja

10