- ECHA
- Appoġġ
- Għodod għal Preżentazzjoni ta' Faxxiklu
- REACH-IT
- Talba għal isem kimiku alternattiv f'taħlitiet
Talba għal isem kimiku alternattiv f'taħlitiet
-
REACH-IT
- Il-proċess tar-reġistrazzjoni
- PPORD
- Notifika ta' sustanzi f'oġġetti
- Preżentazzjoni ta' notifika ta' utent downstream ta' użijiet awtorizzati
- Preżentazzjoni ta' rapport ta' utent downstream għal użijiet mhux appoġġjati
- Preżentazzjoni ta' rapport ta' utent downstream għal differenzi fil-klassifikazzjoni
- Kif tissottometti u taġġorna n-notifikazzjoni C&L tiegħek
- Talba għal isem kimiku alternattiv f'taħlitiet
Talba għal isem kimiku alternattiv f'taħlitiet
Il-manifatturi, l-importaturi u l-utenti downstream ibbażati fl-UE jistgħu jressqu talba għall-użu ta’ isem kimiku alternattiv lill-ECHA. Mhuwiex possibbli li taħtar “Rappreżentant Terz” jew “Rappreżentant Uniku” sabiex jippreżenta talba għall-użu ta’ isem kimiku alternattiv f’taħlita/iet.
Trid tipprepara t-talba tiegħek bl-aktar verżjoni reċenti ta’ IUCLID u tippreżentaha billi tuża REACH-IT.
Il-manwal tal-ECHA “Kif tipprepara talba għall-użu ta' isem kimiku alternattiv għal sustanza f’taħlita” jagħti aktar struzzjonijiet dwar kif tħejji u tippreżenta t-talba.
It-talbiet għall-użu ta’ isem kimiku alternattiv ma jistgħux jiġu aġġornati wara li jiġu ppreżentati lill-ECHA, inklużi t-taħlitiet koperti minn dik it-talba, sakemm ma jkunx speċifikament mitlub mill-ECHA. Jekk jogħġbok dejjem kun żgur li tinkludi t-taħlitiet rilevanti kollha li għalihom għandu jintuża l-isem kimiku alternattiv. Kwalunkwe talba aktar tard għall-użu tal-isem kimiku alternattiv f’taħlitiet oħra se tkun talba ġdida li għaliha l-ECHA timponi tariffa oħra.
Kif tipprepara talba
1. Oħloq il-kont tiegħek f’REACH-IT jekk ma għandekx wieħed.
2. Oħloq dossier ta’ talba għal isem kimiku alternattiv fil-IUCLID.
Huwa meħtieġ li l-informazzjoni li ġejja tkun inkluża fid-dossier:
- l-identità ta’ min jagħmel it-talba;
- l-isem kimiku alternattiv propost;
- l-identità u l-kompożizzjoni tas-sustanza;
- l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanza;
- l-isem/ismijiet kummerċjali tat-taħlita/iet li fiha/fihom is-sustanza li għaliha huwa mitlub isem kimiku alternattiv;
- l-SDS tas-sustanza li għaliha huwa mitlub isem kimiku alternattiv;
- l-SDS tat-taħlita/iet li fiha/fihom is-sustanza;
- ġustifikazzjoni li turi li min jagħmel it-talba għandu interess kummerċjali li jistħoqqlu protezzjoni għan-nuqqas ta’ żvelar tal-isem attwali tas-sustanza; u
- ġustifikazzjoni li turi li l-użu tal-isem kimiku alternattiv jissodisfa l-ħtieġa li tiġi pprovduta biżżejjed informazzjoni biex jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji ta' saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol u li r-riskji marbuta mal-immaniġġjar tat-taħlita jistgħu jiġu kkontrollati.
L-isem kimiku alternattiv propost jista’ jkun isem li jidentifika l-aktar gruppi funzjonali importanti tas-sustanza jew denominazzjoni alternattiva.
Suġġeriment: Meta jkun qed jiġi dderivat l-isem alternattiv, huwa rrakkomandat li tintuża l-“Gwida Lexicon” (l-Anness VI, il-Parti B tad-Direttiva dwar il-Preparazzjonijiet Perikolużi).
Għal aktar dettalji dwar kif tħejji d-dossier, jekk jogħġbok ara l-Manwal: Kif tipprepara talba għall-użu ta’ isem kimiku alternattiv għal sustanza f’taħlita.
3. Ippreżenta l-fajl IUCLID u l-annessi meħtieġa permezz ta’ REACH-IT.
Jekk ma tirċeviex messaġġ ta’ konferma wara li tippreżenta t-talba, ikkuntattja lill-Helpdesk tal-ECHA."
Jekk id-dossier jgħaddi mill-kontroll tar-‘Regoli Kummerċjali', l-ECHA tibgħatlek fattura.
Jekk l-ECHA ma taċċettax it-talba għall-użu ta' isem kimiku alternattiv, jew jekk wara temenda jew tirtira l-approvazzjoni tagħha dwar l-użu tal-isem kimiku alternattiv, tista' tkun mitluba reviżjoni tad-deċiżjoni. It-talba għal reviżjoni għandha tiġi ppreżentata fi żmien xahrejn
Għandek tkun taf li l-ECHA dejjem tibgħat il-komunikazzjoni kollha relatata mat-talba, inkluża d-deċiżjoni, permezz tas-sistema tal-messaġġi REACH-IT, direttament lil min jagħmel it-talba.
Talba għal reviżjoni tad-deċiżjoni dwar l-użu ta' isem kimiku alternattiv
- Commission Directive (EU) 2019/1831 of 24 October 2019 establishing a fifth list of indicative occupational exposure limit values
- Commission Directive (EU) 2017/164 of 31 January 2017 establishing a fourth list of indicative occupational exposure limit values
- Directive 2000/39/EC of 8 June 2000 establishing a first list of indicative occupational exposure limit values [PDF] [EN]
- Directive 2006/15/EC of 7 February 2006 establishing a second list of indicative occupational exposure limit values [PDF] [EN]
- Directive 2009/161/EU of 17 December 2009 establishing a third list of indicative occupational exposure limit values [PDF] [EN]
- Manual: How to prepare a request for use of an alternative chemical name for a substance in mixture [PDF] [EN]
- Guidance on the Application of the CLP Criteria[PDF] [EN]